Tfal Maltin jitħallew l-art id-Danimarka iżda l-Air Malta tidħol għalihom

Din l-azzjoni hija prova ċara kif l-Air Malta hija importanti għal pajjiżna jisħaq il-Ministru Konrad Mizzi

F'titjira ta' emerġenza l-Air Malta se twassal lura fuq pajjiżna 150 ċittadin Malti li tħalla l-art fl-ajruport ta' Aalborg fid-Danimarka.

Il-grupp mistenni jasal aktar tard illejla. 

Hu mifhum li għal xi raġuni jew oħra,  operatur privat naqas milli jipprovdi lil dawn il-persuni ħafna minnhom tfal passaġġ tar-ritorn lura għal Malta.

Fid-dawl t'hekk il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi talab lill-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta, sabiex tipprovdi l-assistenza u tara li l-kontinġent Malti jasal lura qawwi u sħiħ permezz ta' titjira ta' emerġenza.

"Din l-azzjoni hija prova ċara kif l-Air Malta hija importanti għal pajjiżna," sostna l-Ministru Mizzi.

More in Socjali