Id-Dwana tikkonfiska kważi 22,000 sigarett minn garaxx fil-Fgura

Dan il-garaxx kien jintuża bħala maħżen ta' sigaretti bla dazju

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska eluf ta’ sigaretti minn garaxx fil-Fgura.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li kkonfiskat kważi 22,000 elf sigarett minn dan il-garaxx li apparentement, jintuża bħala maħżen għall-bar li jbiegħ dawn is-sigaretti fil-Ħamrun. 

Dawn is-sigaretti, li l-importazzjoni u l-pussess tagħhom huma pprojbiti għandhom valur ta’ €5,000 f'Dazju tas-Sisa kif ukoll Dazju ta’ Importazzjoni u VAT.

Id-Dwana kienet qalet li din kienet ilha tissorvelja lil dan il-garaxx.

More in Socjali