97 immigrant salvati mill-Forzi Armati u jiddaħħlu Malta

Dan kien it-tieni l-akbar grupp ta' immigranti li ddaħħal Malta f'inqas minn ġimgħa

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Matul il-lejl li għadda, il-Forzi Armati ta' Malta salvaw grupp ta' 97 immigrant li ddaħħlu Malta kmieni dalgħodu.

Dan kien it-tieni l-akbar grupp ta' immigranti li ddaħħal Malta f'inqas minn ġimgħa, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet iddaħħlu 370 immigrant oħra li ġew salvati f'ġurnata waħda.

Dan il-grupp salvat illum kien jinkludi wkoll żewġt itfal.

More in Socjali