'Telfa għall-volontarjat;' Imut Anglu Zahra

Zahra kien il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Fondazzjoni Nazareth

Matul il-lejl li għadda miet Anglu Zahra, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Fondazzjoni Nazareth.

Zahra kellu wkoll karriera twila ta’ servizz pubbliku u anke ingħata diversi premji għas-sehem tiegħu fil-qasam tad-diżabbiltà kif ukoll fis-settur tal-anzjanità attiva.

Għal snin twal kien involut ukoll bħala volunteer fil-Partit Laburista.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Zahra u qal li l-mewta tiegħu hija telfa għall-volontarjat u għas-settur tad-diżabbiltà.

More in Socjali