Imut l-iskultur u r-restawratur Renzo Gauci

Wieħed mill-aħħar xogħlijiet tiegħu kien il-bankun ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq

Dalgħodu, ħafna qamu maħsuda bil-mewt tal-artist Renzo Gauci, magħruf għax-xogħol tiegħu f'diversi knejjes.

Gauci, minn Ħal Tarxien, kellu 59 sena u għal dawn l-aħħar xhur kien qed jiġġieled mal-marda tal-kanċer.

Renzo Gauci ħadem diversi skulturi fl-injam u anke statwi tal-kartapesta.

Forsi waħda mill-akbar u l-aħħar opri tiegħu, hija l-bradella u l-bankun il-ġodda tal-vara ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq.

Gauci, mhux biss iddisinja l-bradella, li l-għamla tagħha hija waħda unika, iżda anke ħadem l-iskultura tagħha.

Ritratt: Il-bankun u l-bradella ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq

More in Socjali