X'se jagħmlu Ġorġ tad-Doughnuts, Pawla u Ray Calleja?

Dalgħodu dawn, flimkien ma' tliet personalitajiet oħra telqu lejn l-Indja...

Dalgħodu, Ġorġ tad-Donughts’, Paulette Gafa (Pawla), Marika Caruana Smith, Dorianne Mamo, Ray Calleja u Dario Mifsud Bonnici ħallew kollox warajhom għal ftit jiem, u telqu flimkien lejn l-Indja biex b’hekk jaħdmu fuq il-Proġett ta’ din is-sena jiġifieri li jittranġa orfonatrofju ġewwa l-Indja li ilu abbandunat għal bosta snin.

Meta jkun lest dan se jkun qed jospita 250 tifel u tifla.  

Din hija t-tielet sena konsekuttiva fejn it-tim tal-produzzjoni flimkien mal-preżentatur tal-Proġett, Mark Caruana, b’kollaborazzjoni mal-Missio – L-Uffiċju Missjunarju, ħadmu sabiex jintagħzlu l-parteċipanti li jkunu ġew innominati, u flimkien jaħdmu biex jiġbru l-flus u jlestu l-Proġett li jkun miftiehem.

Għal aktar informazzjoni, segwu l-paġna ta’ Facebook tal-proġett jew inkella www.ilprogett.com

More in Socjali