Ara l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa x'jgħidu

L-Oroskopju mill-Ħadd 15 ta’ Lulju sas-Sibt 21 ta’ Lulju

 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun il-waqt opportun sabiex int tinduna kemm l-imħabba ta’ madwarna mhix xi ħaġa garantita għal dejjem u ma rridu nieħdu xejn garantit għax ikun żball. Għalhekk agħraf sew dak li int għandek sabiex ma titlef xejn. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces se jkun mument ta’ riflessjoni dwar eżattament fejn trid tasal minn diversi aspetti. Però l-aktar aspett importanti huwa fejn int se tiftaħ l-aktar lilek innifsek u dan minħabba li intvolviment tal-madwar. Agħraf dejjem li dak li trid twettqu, wettqu. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 21

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries ser ikun iż-żmien opportun sabiex trattab lilek innifsek ovvjament ta’ kif iġġib lilek innifsek. Dan jgħodd kemm għall-karriera tiegħek kif ukoll għal ma’ dawk viċin tiegħek. Għalhekk għandek tagħraf verament dawk l-aktar li huma ġenwini. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun żmien tajjeb ta’ pjan biex ittejjeb iċ-ċirku tiegħek. Dan tagħmlu sabiex tkun tista’ tqassam u tippjana aħjar ir-relazzjoni ta’ madwarek u tkun konvinċenti. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm bilanċ u hekk tibni aħjar iċ-ċirku ta’ madwarek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 20

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun mument ta’ riflessjoni bejn il-passat u l-preżent għalkemm bħalissa qed tħossok xi ftit diffiċli. Gemini huma persuni okkupati f’diversi aspetti tal-ħajja. Għalhekk grazzi għal dan int se tegħleb din il-fażi u taqbad ir-ritmu li int famuż għalih. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 21  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun il-mument ta’ kuraġġ f’dak li int verament tixtieq jew twettaq fir-relazzjoni tiegħek. Għalkemm dan jista’ jkun mument ftit kumplikat għalik imma żgur jekk int tagħraf lilek innifsek żgur li tegħleb dan il-mument u dak li int verament tixtieq iseħħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser ikun mument ta’ opportunità ta’ tkabbir u stabbiltà aktar f’dak li għandek madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f’mument aktar stabbli għal xi ħaġa li int magħruf għaliha u f’dan il-mument hi vitali għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 20

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tadatta aktar aħjar, mhux għax hemm xi ħaġa ħażina imma trid tagħraf aktar kemm hi importanti ħajtek u kemm int għandek x’toffri għalhekk emmen aktar f’dak li għaddej madwarek u wettaq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 20 u 21  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tibni aktar lilek innifsek. Dan huwa mument fejn se tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju. Għalhekk organizza lilek innifsek u dak li hemm madwarek u hekk toħloq il-bilanċ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scoprio ser ikun dak il-mument fejn fin-nuqqas ta’ motivazzjoni madwarek se joffrilek spazju sabiex tkabbar dak li hu meħtieġ. Għalhekk f’dan in-nuqqas għandek iċ-ċans terġa’ tibda mill-ġdid sabiex dak li hemm mitluf jerġa’ jidħol fik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun il-waqt fejn taħseb biex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat anzi  bil-kontra għal dak li kont tagħmel fil-passat żgur se tagħraf twettaq il-kontra u dan ser iqawwilek il-moral. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 21

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun xi ftit ta’ taqbida bejn dak li sarraft fl-imħabba fil-passat għal dak li għandek illum bid-differenza li issa int se tkun aktar soda u għalhekk issa ser ikun il-mument opportun sabiex tkompli tissaħħaħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:16, 17, 19 u 20  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 

More in Socjali