Aġġornata | Kate Middleton twelled prinċep għar-Renju Unit

Id-Dukessa ta' Cambridge tiddaħħal l-isptar biex twelled

Id-Dukessa ta’ Cambridge, Kate Middleton, welldet prinċep ġdid għar-Renju Unit.

L-aħbar tħabbret fuq it-Twitter ta' Kensington Palace fejn ingħad li kemm id-Dukessa u anke l-prinċep il-ġdid jinsabu tajbin.

Il-prinċep, li ismu għadu mhux magħruf, huwa l-ħames eredi għat-tron Ingliż. Dan ifisser ukoll li r-Reġina Eliżabetta II saret bużnanna għas-sitt darba.

Kif inhi t-tradizzjoni, proklamazzjoni miktuba titpoġġa wkoll wara l-grada ta’ Buckingham Palace.

Id-Dukessa ta' Cambridge diġà tat lir-Renju Unit l-eredi għat-tron wara missieru l-Prinċep William, jiġifieri l-Prinċep George. Kważi tliet snin ilu welldet ukoll lill-Prinċipessa Charlotte.

More in Socjali