Għalliema b'appell biex tifel rikoverat f'Monte Karmeli jgħaqqad l-album tal-World Cup

Int ukoll tista' tgħin biex dan it-tifel jaqta' xewqtu

Għalliema qed tgħin tifel ta' 14-il sena biex bħal ħafna tfal oħra jgħaqqad l-album tal-istickers tal-World Cup.

Dan it-tifel jinsab rikoverat f'waħda mis-swali għat-tfal tal-Isptar Monte Karmeli u l-għalliema hija waħda mit-tim tal-Young People's Unit.

Fuq Facebook, l-għalliema kitbet li dan it-tifel huwa dilettant kbir tal-futbol u qatt ma kellu l-opportunità li jgħaqqad l-album.

Fil-fatt, bħalissa għandu l-album, iżda għad ma għandu l-ebda sticker.

Għalhekk, l-għalliema appellat lil min għandu xi stickers dupplikati biex jekk irid, jgħaddihomlha u jkun qed jgħin lil dan it-tifel jaqta' xewqtu.

Huma ħafna dawk li kitbu lill-għalliema jgħidulha li lesti jgħinuha, fosthom anke minn ħanut fil-Belt Valletta magħruf għall-bejgħ ta' dawn l-istickers.

More in Socjali