Imut Tony Camilleri l-Bayzo

Telfa kbira għax-xena mużikali lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Tony Camilleri magħruf aħjar bħala l-Bayzo.

Huwa twieled fit-3 ta’ April tal-1947 u miet fl-età ta’ 70 sena.

Il-Bayzo kien mużiċist u kantant magħruf ħafna fil-gżejjer Maltin speċjalment għas-sehem tiegħu fil-grupp Mużikali The Malta Bums fis-snin sittin u għar-rwol li kellu fir-‘rock opera’ Ġensna.

Diski poplari bħalma hija L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt huma fost l-aktar magħrufa għalih.

Il-Bayzo sar magħruf ukoll internazzjonalment bit-‘tours’ mużikali li għamel aktar tard.

Il-funeral tal-Bayzo se jsir nhar it-Tnejn li ġej fit-3.30 ta' wara nofsinhar fil-Knisja Parrokkjali dedikata lil Marija Addolorata ta’ San Pawl il-Baħar.

More in Socjali