Sejħa urġenti għad-demm O 'positive'

Dan jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija. 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem wassal għal nuqqas ta’ donazzjonijiet tad-demm li affetwat ir-riserva ta’ demm O ‘positive’.

Quddiem id-domanda kbira għad-demm, fosthom mill-pazjenti morda bil-kanċer, dawk li saritilhom operazzjoni u li weġġgħu, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella b’mod urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm partikularment tat-tip O ‘positive’.

Dan jista’ jsir illum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija.

Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità u min ġie lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat huwa mitluba li jċemplu fuq 80074313 u jiċċekkja l-eliġibbiltà biex jagħti d-demm.

Filwaqt li f’isem il-pazjenti jirringrazzja lil kulmin se jagħti d-demm, iċ-Ċentru jappella lil min f’saħħtu biex juri ġenerożità.

More in Socjali