Deputat Parlamentari jagħti kilwa lil ħaddieħor

L-Ispeaker awgura lid-Deputat Parlamentari ġdid għall-ġest nobbli u altruwist tiegħu

.
.

Id-Deputat Parlamentari Nazzjonalista li ġie elett fil-Parlament għall-ewwel darba, Ivan Bartolo, se jkun qed jagħmel intervent mediku sabiex jagħti kilwa bħala donazzjoni.

L-eks sindku tal-Mosta se jkun qed jagħti kilwa bħala donazzjoni lil persuna li għandha bżonn, matul dan is-sajf,

Fil-fatt, permezz ta' stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputatti Anġlu Farrugia awgura lid-deputat Ivan Bartolo għall-ġest nobbli u altruista li ddeċieda li jagħmel bid-donazzjoni ta’ kilwa. 

Filwaqt li jawguralu li l-intervent mediku jkun suċċess, l-Ispeaker Farrugia jixtieqlu fejqan u konvalexxenza ta’ malajr u kompleta li tippermettilu li jkompli jaqdi d-doveri tiegħu fil-Kamra tad-Deputati hekk kif il-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ wara l-ferjat tas-Sajf.

More in Socjali