'Ix-xogħol tal-Caritas qed nużawh biex nibbażaw l-iskemi soċjali tal-Gvern fuqu'

Il-Ministru Michael Farrugia jgħid li sat-tliet snin li ġejjin, kull familja b'ġenitur li jaħdem u tfal taħt it-18-il sena se jaqbżu l-limitu tal-Caritas

Kull familja li għandha minn tal-inqas ġenitur wieħed li jaħdem, u ulied taħt it-18-il sena se jkunu qed jaqbżu l-figuri msemmija mill-Caritas għal-livell ta' għixien diċenti, fit-tliet snin li ġejjin.

Dan qalu l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, fejn sostna li ħafna persuni li mhumiex qed jibbenefikaw mill-benefiċċji soċjali, qed jagħmlu dan għaliex ma jkunux konxji tal-inizjattivi li ġew introdotti fl-aħħar erba' snin.

Farrugia żied jgħid, "jiena kburi li x-xogħol li sar mill-Caritas mhux qed jiġi injorat, imma qed jiġi użat biex nibbażaw fuqu meta noħolqu skemi ġodda."

Dawn l-iskemi jinkludu l-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji, li dan tal-aħħar kompla jiġi mtejjeb din is-sena hekk kif tkabbar in-numru ta' nies eliġibbli għal din l-iskema.

Two such schemes were the in-work benefits and tapering of benefits, with people not recognising their eligibility or the benefits available.  Il-Ministru Farrugia kompla jgħid li dawn iż-żewġ skemi huma kkunsidrati bħala kruċjali fl-isforzi tal-Gvern biex ineħħi l-faqar.

Sa tmiem l-2015, kien hemm 1,631 persuna jgawdu mill-benefiċċju tal-in-work benefit waqt li kienu 2,480 jirċievu t-tapering tal-benefiċċji.

More in Socjali