Jingħata l-permess biex l-'Imperial Hotel' f’Tas-Sliema issir dar tal-Anzjani.

L-‘Imperial Hotel’ f’Tas-Sliema, waħda mill-eqdem Lukandi f’Malta se ssir dar tal-Anzjan

Qabel u Wara : Id-dehra futura tal-eqdem lukanda f'Malta
Qabel u Wara : Id-dehra futura tal-eqdem lukanda f'Malta

Waħda mill-eqdem lukandi f’Malta, li tmur lura għas-sena 1865, jidher li għamlet żmienha bħala lukanda u se tinbidel f’dar tal-Anzjani.

L-Iperial Hotel f’Tas-Sliema, se tinbidel f’residenza għall-anzjani wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permessi għar-ristawr u żvilupp mill-ġdid ta’ partijiet minn din il-lukanda

Ix-xogħol fuq il-bini Vittorjan, li huwa wkoll fost l-eqdem binjiet f’Tas Sliema, se jikkonsisti fir-restawr u l-konservazzjoni tal-faċċata tal-binja li se tibqa’ tirrispetta d-dehra oriġinali fuqi stil Vittorja tal-‘Imperial Hotel’. Minn ġewwa, il-lukanda se tiġi rranġata u żviluppata sabiex ikollha 171 kamra tas-sodda, flimkien ma’ parkeġġ taħt l-art li jesa’ 104 karozza.

Il-proġett, li ma sab ebda oġġezzjoni mingħand is-Supretendent tal-Istorja Kulturali, se jinkludi wkoll it-twaqqiegħ u żvilupp mill-ġdid ta’ xi partijiet fuq l-intern tal-lukanda, kif ukoll l-iżvilupp mill-bidu tal-faċċati li jagħtu fuq Triq Santa Marija u Triq il-Knisja, li bħalissa m’għandhom ebda karatteristika storika.

Qabel u Wara : Il-genb tal-lukanda li se jikkumplimenta l-faċċata
Qabel u Wara : Il-genb tal-lukanda li se jikkumplimenta l-faċċata

L-iżvilupp tal-faċċati f’dawn iż-żewġ toroq se jsir b’mod li jikkumplimenta l-faċċata prinċipali fi Triq Rudolf. Il-Kunsill ta’ Tas-Sliema, li kellhu rappreżentanza fuq il-bord għad-deċiżjonijiet innota li minkejja li għall-bidu kellhu xi dubji dwar il-proġett, il-pjanti  li ġew proposti taw lok biex ma jkun hemm ebda oġġezzjoni għall-proġett.

More in Socjali