Waqt li miljuni se jorqdu bil-ġuħ, tmien biljunarji lanqas jafu x'se jagħmlu bi flushom

Tmien biljunarji għandhom flus daqs nofs in-nies fid-dinja

L-inugwaljanza fit-tqassim tal-ġid tidher b'mod ċar f'riċerka li għamlet Oxfam li żvelat kif tmien persuni, bejniethom jgħaqqdu l-ammont ta' ġid li għandhom nofs in-nies fid-dinja. 

Din ir-riċerka wriet kif tmien biljunarji, fosthom Bill Gates li jinsab fil-quċċata tal-lista, għandhom flejjes biżżejjed biex jammontaw għal dak li għandhom it-3.6 biljun persuna li huma l-ifqar fid-dinja.

Fil-fatt, id-diskrepanza bejn is-sinjuri u l-foqra kienet ferm ikbar minn dak li kien mistenni u l-għaqda appellat sabiex ikun hemm bidla totali fl-ekonomija li tippermetti li persuna minn kull disgħa, jibqgħu bil-ġuħ.

 

Dan ir-rapport jiġi fid-dawl tal-World Economic Forum fl-Iżvizzera matul din il-ġimgħa.

Oxfam għaldaqstant appellat lill-mexxejja sabiex itejbu l-koperazzjoni internazzjonali sabiex jiġi mwaqqaf l-evitar tat-taxxa u jippromwovu l-kumpaniji sabiex jaħdmu għall-ġid tal-ħaddiema tagħhom, u anke jtejbu l-opportunitajiet għan-nisa.

Din l-informazzjoni, tkompli tgħid l-għaqda Oxfam, kompliet tixħet dawl fuq is-sitwazzjoni u ntwera kif l-ifqar fid-dinja fil-fatt kellhom inqas minn kemm kien maħsub.

It-tmien biljunarji msemmija huma l-fundatur ta' Microsoft Bill Gates, li għandu $75 biljun, il-fundatur ta' Inditex Amancio Ortega ($67 biljun), l-investitur Warren Buffett ($60.8 biljun) Carlos Slim ($50 biljun), sid il-kumpanija Amazon Jeff Bezos ($45.2 biljun), Mark Zuckerberg li waqqaf Facebook ($44.6 biljun), Larry Ellison ($43.6 biljun) u l-eks sindku ta' New York, Michael Bloomberg ($40 biljun).

Minkejja dan, ħafna minn dawn il-persuni, taw miljuni f'donazzjonijiet lill-karità.

More in Socjali