L-akbar numru ta' tfal jistennew biex ikunu adottati huma mill-Indja

.....matul l-2016 kienu adottati sitt'itfal minn barra u tliet'itfal Maltin

15-il tifel u tifla Indjani qed jistennew biex jiġu adottati minn ġenituri Maltin
15-il tifel u tifla Indjani qed jistennew biex jiġu adottati minn ġenituri Maltin

L-akbar numru ta' tfal li qed jistennew biex ikunu adottati minn ġenituri Maltin huma Indjani. Fil-fatt, skont informazzjoni li ħarġet fil-Parlament ilbieraħ jirriżulta illi hemm 15-il tifel u tifla Indjani li jinsabu fil-proċess li jkunu adottati minn ġenituri Maltin. Ma' dawn jingħaqdu wkoll żewġ adozzjonijiet mill-Portugal, ħames adozzjonijiet mill-Islovakkja u adozzjoni waħda mir-Russja. 

Intant, matul l-2015 kienu adottati sitt'itfal barranin, tlieta mill-Islovakkja, u adozzjoni waħda mill-Albanija, r-Russja u l-Indja. Apparti dawn kienu adottati wkoll tliet'itfal Maltin minn koppji Maltin. 

Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici. 

Intant F'Ġunju tas-sena l-oħra l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u l-Ministru għall-Affarijiet Soċjali, Anzjani u Żgħażagħ tal-Kambodja Vong Sauth iffirmaw Memorandum of Understanding bejn iż-żewg pajjiżi biex b'hekk Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi Ewropej illi se tibda ġġib tfal mill-Kambodja

More in Socjali