Jobsinmalta.com tissieħeb mal-Illum

Issa anke fuq l-Illum, Jobsinmalta.com, il-portal Malti ewlieni tal-impjiegi qed jerġa’ jitnieda, b’notifiki ġodda ta’ tfittxija u ta’ emails għal dawk li qed ifittxu xogħol

Jobsinmalta.com tissieħeb mal-Illum... għafas fuq 'IMPJIEGI'
Jobsinmalta.com tissieħeb mal-Illum... għafas fuq 'IMPJIEGI'

Jobsinmalta.com, il-portal Malti ewlieni tal-impjiegi qed jerġa’ jitnieda, b’notifiki ġodda ta’ tfittxija u ta’ emails għal dawk li qed ifittxu xogħol f’Malta u Għawdex. Dan minbarra s-sħubija mal-Illum u pjattaformi oħra sabiex jinħolqu nisġa unika ta’ ‘job boards’ biex ikun hemm l-ikbar numru ta’ viżibbiltà għax-xogħlijiet tagħha madwar il-gżejjer Maltin. Wieħed jista’ jżur is-sit minn issa fuq jobsinmalta.com.

Wieħed jista’ jara l-postijiet vakanti fuq il-portal tal-gazzetta Illum fuq www.illum.com.mt/jobsinmalta.

It-tkabbir b’rata mgħaġġla u l-firxa tal-internet żiedet l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, li fetħet opportunitajiet ġodda għal min iħaddem, u għal min qed ifittex ix-xogħol. Il-portal jobsinmalta.com irreaġixxa għal dan u ssieħbet ma’ portals tal-aħbarijiet popolari, istituzzjonijiet edukattivi u organizazzjonijiet studenteski madwar Malta sabiex tinħoloq l-ewwel network ta’ ‘Job Boards’ f’Malta. ‘Job Boards’ ta’ jobsinmalta.com se jkunu qed jidhru fis-siti msieħba, sabiex juru lill-udjenzi tagħhom, diversi xogħlijiet relevanti mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Dawn il-portals tal-aħbarijiet affidabbli jinkludu l-portal Illum, u portals oħrajn. In-network jobsinmalta.com hija wkoll assoċjata mal-għaqdiet studenteski ewlenin u istituzzjonijiet edukattivi oħra mhux affiljati. Il-promozzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet issir permezz tas-siti tagħhom, u b’hekk jintlaqħu komunitajiet ta’ studenti, bl-iktar mod faċli. Bit-tkabbir bla waqfien tal-media soċjali, kull opportunità ta’ xogħol li tidher fuq jobsinmalta.com, għandha l-viżibbiltà tagħha mmassimizzata permezz ta’ mezzi soċjali b’saħħithom bħal Facebook, Twitter and Linkedin.

Jobsinmalta.com ilha tipprovdi soluzzjonijiet ta’ xogħol sa mill-2015, bl-għan kontinwu li timmassimizza l-informazzjoni dwar l-impjieg b’mod organizzat u li jibbenefikaw minnu dawk li qed ifittxu x-xogħol. Min qed ifittex ix-xogħol jibbenefika minn ‘tfittxija ta’ xogħol b’mod għaqli, bihom dejjem fiċ-ċentru’, permezz ta’ firxa ta’ informazzjoni dwar impjiegi madwar Malta u Għawdex, li tista’ tiġi aċċessata permezz ta’ tiftixa sempliċi fuq is-sit.

Għal min iħaddem u kumpaniji tar-reklutaġġ, jobsinmalta.com għandha l-għan li tipprovdi l-akbar viżibbiltà għall-post vakanti, permezza tal-‘One Job Post. Maximum Exposure’. (Messaġġ tax-xogħol wieħed. Viżibbiltà Massima.) Il-proċess isir fi tranżazzjoni ta’ darba, sigura u konvenjenti, u r-rispons s’issa kien ferm pożittiv u inkoraġġanti.

Is-sit imtejjeb ta’ jobsinalta.com, issa jikludi karatteristiċi ta’ tfittxija personalizzati u notifiki tax-xogħol permezz tal-email, sabiex min qed ifittex ix-xogħol jista’ jirċievi dawn in-notifiki fl-inbox tiegħu permezz tal-email dwar xogħlijiet ġodda, u dawn l-emails jistgħu jintbagħtu b’mod frekwenti, skont kif jiġi magħżul. Il-postijiet vakanti fuq jobsinmalta.com jinkludu dettalji oħra, bl-għan finali jkun li l-esperjenza ta’ dawk li jfittxu opportuntajiet ta’ xogħol f’Malta, dejjem titjieb. It-taqsimiet ta’ tfittxija jinkludu tqassim tar-reġjuni lokali: Tramuntana, Punent, Nofsinhar u Ċentru, kif ukoll livelli ta’ impjieg relevanti, bħal ġdid, esperjenzat, gradwat, jew fil-maniġġjar. Barra minn dan, wieħed jista’ jagħżel li jara biss xogħlijiet direttament minn min iħaddem jew minn aġenzija tar-reklutaġġ. Jobsinmalta.com tifhem li s-suq tax-xogħol qiegħed dejjem jinbidel, u hemm bżonn dejjem jikber li jiġu mmarkati b’mod ċar xogħlijiet li huma fuq bażi ta’ flexi-time, kif ukoll dawk full jew partime. Hija wkoll possibbli li min iħaddem, jagħżel li jimmarka b’mod ċar li l-post vakanti jeħtieġ li jimtela’ mill-ewwel, u l-ħidma tibda mill-ewwel.

Bħala parti mill-kampanja ta’ tnedija ta’ jobsinmalta.com, il-kumpaniji qed jiġu offruti reklamar b’xejn tax-xogħlijiet tagħhom sa nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Lulju 2016.

Din l-offerta tista’ tittieħed billi wieħed jirreġistra d-dettalji tal-kumpanija fuq http://jobsinmalta.com/employers u juża l-kodiċi FREE­ADVERTISING meta jasal fil-fażi taċ-checkout tat-tranżazzjoni tiegħu. Dan jagħti skont ta’ 100% lil min iħaddem.

Wieħed jista’ jibgħat email lit-tim ta’ għajnuna ta’ jobsinmalta.com bid-dettalji tal-impjieg fuq [email protected].

 

More in Socjali