Ara l-ġimgħa tiegħek skont l-Oroskopju ta' Pauljon

L-Imħabba, ix-xogħol, il-ħbieb u d-deċiżjonijiet tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius – Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Bħalissa għaddej minn mument ta’ responsabbiltà ta’ dak li int trid tagħraf timxi ’il quddiem. Dan il-pass trid tibqa’ żżommu sakemm int tagħraf li wasalt fejn din ir-responsabbiltà tkun laħqet il-massimu li int tkun xtaqt. Persuna mill-passat tiegħek li tixtieq tagħmel kuntatt miegħek imma qiegħda żżomm lura minnek, taf tkun fundamentali aktar milli taħseb int. Irrifletti, aħseb fil-profond u għamel deċiżjoni. 

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 12, 24 u 38.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

B’kumbinazzjoni, int se tagħraf li persuna viċin tiegħek li int tagħraf u tafda ħafna, li tista’ tgħid li taf il-qoxra tal-ħajja tiegħek, u mingħajr il-kumpanija ta’ xulxin, bħal qiskom ma tgħaddux, se tinduna li minħabba ċ-ċertu tibdil fil-karriera tiegħek, se tagħraf tidħol l-għira, u dan se jikkomplika l-ħajja kollha ta’ madwarek għax se tidħol f’sitwazzjoni ta’ ħafna ħsibijiet ta’, ‘x’taqbad tagħmel?’ Poġġi l-persuna għal eżami.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 23 u 32.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Meta kont iżgħar, kont dejjem tħobb taqsam kollox mal-ħbieb tiegħek, imma issa qiegħed titfarfar, u trid issa tibda tagħraf x’taqsam u ma taqsamx ma’ ta’ madwarek. Dan speċjalment minn dak li int esperjenzajt ftit tal-ġimgħat ilu. Dik l-esperjenza għandha sservik ta’ linja gwida ta’ fejn int għandek tasal f’dak li int taqsam. Huma dawn l-esperjenzi li fil-ħajja tagħna jkabbruna fil-maturità.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 28 u 35.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.

Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Bħalissa jinħass mument iebes madwarek, kemm mil-lat finanzjarju u anke bħal donnok qed tħoss mument diffikultuż fil-ħajja romantika tiegħek. Però, dan mhux allarmanti għax dan huwa t-taqlib li ġej miż-żodjaku, u ovvjament kull ċaqliq taż-żodjaku, ikollu riperkussjonijiet pożittivi u jaf ikun ukoll negattiv. Dan ikun għadda fi żmien tliet ġimgħat, imma trid tagħraf tikkontrolla lilek iktar.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 26 u 34.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Wara xi ftit ta’ pawża, għalkemm ma jeżistix kwiet ġo fik, issa se terġa tersaq lejk pressjoni qawwija li hi parti minn dak li int kont qiegħed tagħmel ftit tal-ġimgħat ilu. Però, għalkemm riesqa din il-pressjoni, li f’dan il-qasam hi xi ħaġa ġdida għalik, issa għandek ftit iktar kunfidenza. Żgur li għandek ambizzjoni kbira sabiex wara dawn is-sagrifiċċji kollha, se tistenna r-riżultat.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 27 u 38.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

Cancer  –  Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Huwa żmien ta’ prova dak li ġej madwarek fejn tidħol l-imħabba. Fil-ġimgħat li ġejjin, se jkun ta’ valutazzjoni ta’ kemm hi vijabbli li tibqa’ fir-relazzjoni li int tinsab fiha. Jaf ikun riesaq dak il-mument bħal dik il-bużżieqa li tonfoħ u tonfoħ, fl-aħħar tinfaqa’. Ovvjament, issa ilek għal żmien twil terfa’ ġo fik, u jaf ikun l-inqas pass neġattiv li jikkawża dik il-qasma. Fittex ftit ħin ta’ rilassament f’mixja għaliex hemm bżonn spazju ta’ waqfien mill-pressjoni tal-madwar.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 29 u 33.

Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Wara taqtiegħa ħarxa li int għadek kif għaddejt minnha, issa żgur huwa dak il-mument li tagħraf fejn stajt kont aħjar jew le. Iktar u iktar issa hemm bżonn tirrifletti aktar lejn il-karriera tiegħek li minħabba dik il-fażi li int kellek tgħaddi minnha, ovvjament abbandunajt il-madwar, però taqtax qalbek, għax fi żmien qasir terġa’ tirranka, basta int tkun int.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 22 u 37.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru

Magħruf li int kapaċi tkun ta’ gwida għal dawk ta’ madwarek, issa dan it-talent li int għandek, trid tagħraf twasslu b’iktar attenzjoni meta issa se tidħol f’taqbida ġdida ta’ gwida, f’tilwima ta’ mħabba, u din taf tintogħġob minn parti, imma mill-parti l-oħra, taf tkun promlematika għalik. Għalhekk, din is-sitwazzjoni li int se tidħol għalija, trid tagħraf il-gwida li int se tipproponi, li trid tkun ferm bilanċjata. Aħseb fil-fond għal dak li int tissuġġerixxi.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 38.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru

Iż-żmien qiegħed jurik li r-responsabbiltà mhux biss għandha tkun fuq paroli, imma minn issa ’l hemm trid tagħraf tagħmilha aktar fattibbli. U dan ġej għax il-ħajja ta’ madwarek issa sejra tieħu xejra oħra, u trid jew ma tridx, ir-responsabbiltà f’dak kollu li hemm madwarek, trid tieħu xempju ieħor u din il-fażi se tagħmlek tagħraff kemm hemm baħar jaqsam bejn dak li kont għaddej minnu għal dak li dieħel issa. Irrifletti ftit.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 29 u 34.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Is-sitwazzjoni tiegħek lejn aktar mumenti pożittivi, qiegħda tkun imblukkata, u dan int f’dawn l-aħħar ħmistax, qed tħossu iktar mis-soltu. Dan jista’ jkun kaġun ta’ xi qasma li int ġarrabt dan l-aħħar ma’ xi kollega jew xi ħadd viċin tiegħek. Issa jew terġa’ tara kif tikkalma s-sitwazzjoni, jew għamel xi forma ta’ protezzjoni ħalli dan ma jkomplix jikber madwarek, u tibda tilqgħalu kemm tista’, qabel jikber iktar.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 26 u 32.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. 

Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Salib it-toroq li int tinsab fih sejjer ikompli jikkumplika aktar meta int se terġa’ tmur għall-imħabba tal-passat, u jekk mhix imħabba tal-passat, għalik kienet persuna fundamentali. Però, int trid tagħraf eżatt xi trid. Tiftaħx ġerħa mill-passat, li imbagħad ma tkunx tiflaħ għaliha. Mur biss lejn il-passat jekk int lest sew għalih. Il-bqija ħares ’il quddiem għalkemm bħalissa forsi m’hemm xejn imma aħjar uff milli aħħ.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 22 u 39.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ħsibijiet ta’ pjan li għandek imħejji u issa ilek tippjana għalih, jaf jintefa’ ftit aktar lura, u dan minħabba pressjoni li ġejja mill-karrier jew xogħol li int għandek, u dan m’għandekx tieħdu fin-negattiv, għax meta finalment tiġi għall-pjan tiegħek, se joffrilek aktar sodisfazzjon, u int se tħoss li kollox ikun hemm raġun għal dak li jipri fil-ħajja ta’ madwarna. Ħu dan iż-żmien bi trankwillità.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 23 u 30.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali