[Vox Pop] Sigħat qabel taffaċċja l-ġurija...il-Maltin fiduċjużi f'Ira

X'jaħsbu n-nies dwar iċ-ċansijiet li għandha Ira Losco li tgħaddi għall-finali u li anke tirbaħha?

Ira Losco se tkun qed tkanta fit-18-il post fl-ewwel semifinali - Ritratt: Daniel D'Anastasi
Ira Losco se tkun qed tkanta fit-18-il post fl-ewwel semifinali - Ritratt: Daniel D'Anastasi

Fadal ġurnata waħda biss sakemm naraw lir-rappreżentanta tagħna fuq il-palk fi Stokkolma fl-Iżvezja, u jekk dik is-serata tkun suċċess, nerġgħu narawha ftit inqas minn ġimgħa oħra tikkompeti fil-finali tal-Eurovision Song Contest. Illum stess, il-kantanta Maltija se tkun qed tagħmel l-almu tagħha fl-esebizzjoni quddiem il-ġurija li se jkunu kruċjali għar-riżultat tas-semifinali ta' għada, flimkien mat-televoting ta' waqt l-istess serata. Għalkemm għall-bidu, kienu bosta dawk li wrew id-diżappunt jew it-tħassib tagħhom għall-mod ta’ kif intgħażlet kanzunetta ‘Walk on Water’ wara li l-poplu kien għażel id-diska ‘Chameleon’ fil-Malta Eurovision Song Contest, illum il-ġurnata tista’ tgħid li Ira Losco u d-diska tagħha ‘Walk on Water’, tgawdi mis-sostenn u l-appoġġ totali tal-maġġoranza assoluta tal-Maltin. Lil hinn minn Malta, il-kumpaniji tal-imħatri u l-‘bookmakers’ qegħdin ipoġġu lil Malta mal-ewwel ħames postijiet fis-serata finali.

Iżda minkejja dan kollu, x’jaħsbu n-nies dwar id-diska li se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision? U Iktar minn hekk, jaħsbu li din is-sena, Malta permezz ta’ Ira Losco għandha ċans mhux biss li tilħaq is-semifinali, imma anke tmur tajjeb fis-serata finali u forsi, min jaf, anke tirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena? Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM marret fit-toroq ta’ Raħal Ġdid sabiex tistaqsi jekk in-nies jaħsbux li Malta għandha ċans, li fl-aħħar tirbaħ il-Eurovision din is-sena.

Filmat: Raphael Farrugia

More in Socjali