Filmat | Tibda taħdem it-tidal lane f'Raħal il-Ġdid

Sistema ġdida ta' karreġġjati fi Vjal Sir Paul Boffa għandha ttaffi l-problema tat-traffiku f'din it-triq

Transport Malta installat sistema ta’ Tidal Lane fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid u bħalissa qed tiġi ppruvata. Fil-fatt, sa mill-bieraħ infetħet karreġjata fi Vjal Sir Paul Boffa f'Raħal Ġdid fejn ix-xufiera jistgħu jagħddu minnha f'direzzjoni partikolari skont it-tabelli, f'ħinijiet ta' traffiku, u jistgħu jgħaddu minnha stess fid-direzzjoni opposta f'ħinijiet oħrajn.

Is-sistema tad-Tidal Lane tbiddel id-direzzjoni tat-traffiku f'karreġġjata waħda biex it-triq tiflaħ għal numru akbar ta’ vetturi f’direzzjoni jew oħra. It-Tidal Lane ta’ Raħal Ġdid hija l-ewwel waħda f’Malta.

It-triq Sir Paul Boffa fiha erba’ karreġġjati. Is-soltu triq hekk, tinqasam f’żewġ karreġjati: żewġ lejns 'il fuq u żewġ lejns ‘l isfel. It-tidal lane ser tippermetti traffiku minn direzzjoni filgħodu u mid-direzzjoni l-oħra filgħaxija. Bollards li jitilgħu u jinżlu fuq iż-żewġ naħat tat-triq se jikkontrollaw id-direzzjoni tal-karreġġjata. Sett ta’ bollards se jitniżżlu waqt li l-oħrajn se jittellgħu biex jiggwidaw il-vetturi jidħlu fil-karreġġjata minn direzzjoni jew oħra.

Transport Malta nstallat traffic lights biex iwaqqfu karozzi milli jsuqu fuq il-bollards waqt li jkunu telgħin. Uffiċċjali se jagħmlu ċert li ebda vettura ma tkun viċin il-bollards meta jittellgħu.

Transport Malta se tbiddel id-direzzjoni tal-karreġġjata fid-9.00 ta’ filgħaxija biex ikun hemm tliet karreġġjati fid-direzzjoni tal-Belt l-għada filgħodu. Id-direzzjoni tal-lejn se terġa tinbidel fis-2.00 ta’ waranofsinhar għal żewġ karreġġjati fid-direzzjoni tal-Belt u żewġ karreġġjati fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid, meta l-biċċa l-kbira tan-nies imorru lura d-dar mix-xogħol. It-tidal lane se żżid l-effiċjenza tat-triq.

Transport Malta tappella lis-sewwieqa biex isegwu s-sinjali u jsuqu bil-galbu speċjalment f’dawn l-ewwel jiem ta’ sistema ġdida għal pajjiżna.

More in Socjali