L-Oroskopju

Kif se tkun din il-ġimgħa għalik? Se ssib l-imħabba? Se tkun ġimgħa ta' suċċess ix-xogħol? Ara l-oroskopju skont Pauljon

Aquarius – Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa dieħel f’fażi fejn int ma xtaqtx, imma din sejra tiswik biex int tagħraf eżatt int xi trid fil-ħajja tiegħek, jekk trid tibqa’ tgħix il-ħajja ta’ single, jew inkella tibda xi forma ta’ relazzjoni ta’ mħabba, li wkoll dejjem xtaqt, imma dejjem tkun f’nofs deċiżjoni. Issa ma tistax tibqa’ tilgħab. Il-ħin tal-logħob skada. Issa riesqa r-realtà,  ma tistax tibqa’ li kont jew taħseb kif kont, u l-ħin, aktar ma jgħaddi, iktar se jkun kontra tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 12, 28 u 37.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

L-imħabba għalik forsi dejjem kienet fit-tieni post fil-ħajja tiegħek, però wasal iż-żmien li din titla’ għall-ewwel post, u jekk dan ma jkunx, allura jkun ifisser għalik li se timxi lejn ħajja ta’ solitudni, u ta’ dan, diġà kellek mera fil-passat tiegħek, u taf li ma tantx huwa żmien sabiħ. Fil-mument, l-imħabba riesqa lejk iktar minn qatt qabel. Issa huwa int li tagħżel jekk intix tajjeb jew le sabiex tifforma relazzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 23 u 32.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Kuntratt li int għamilt s’issa, int se tibda tistenna l-frott minnu, però dan mhux se jħalli l-effetti mixiteqa daqshekk malajr, u dan jaf jinkwetak xi ftit, imma mhux il-każ li tagħmel hekk, għax kollox irid il-ħin u ż-żmien tiegħu. Però, għandek xhur pożittivi ġejjin lejk, dejjem jekk int taf tagħraf tuża moħħok, kif int kapaċi tagħmel. Żomm kollox ġewwa fik, għax dak hu s-sigriet tas-suċċess tiegħek. Aktar ma żżomm fik, aktar ikun kbir is-suċċess.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 24 u 34.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.

Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Obbligazzjonijiet li int qbilt magħhom fil-passat, issa qegħdin ikunu ta’ tfixkil għalik, għalhekk int trid tara kif ħa tagħraf issib iktar flessibbiltà. Aktar minn hekk, sabiex dawn l-obbligazzonijiet ikunu jistgħu jitranġaw, u int tkun tista’ tippjana iżjed, biex dan it-tibdil ikun jista’ jsir. Għandek bżon turi iktar kompromess u tkun iktar flessibbli fid-diskors. Ftakar li għandek bżonn toroq u pjanijiet iktar progressivi.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 29 u 38.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Ir-responsabbiltà fil-karriera tiegħek se tkompli tikber madwarek, u dan se jagħmlek tagħraf kemm l-abbiltà tiegħek hi qawwija iktar u aktar bżonnjuża. Waqt li l-karriera tiegħek qiegħda tieħu spinta, trid tagħraf iżżomm bilanċ mar-relazzjoni, għax minħabba l-involviment kbir li bħalissa għandek fil-karriera tiegħek, mill-imħabba żbilanċjajt. Għalhekk, kemm tista’ sib iktar ħin għall-imħabba ħalli kollox jimxi f’bilanċ.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

Cancer  –  Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Forsi qiegħda tistenna iktar appoġġ mir-relazzjoni li għandek, imma minn dak li qiegħed jiġri, qed tara li m’initx qed tirċievi dik l-attenzjoni li tant tixtieq u bħalissa tant għandek bżonn. Għalhekk, huwa mument fejn int għandek tieqaf ftit sabiex tirrifletti minn dak li tinsab għaddej minnu ħalli tagħraf x’inhuwa tajjeb għalik u sa fejn int għandek twassal. Ħu ġsieb li min-naħa fejn taħdem, iżżomm lilek innifsek iffukat għaċ-ċaqliq li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 23 u 32.

Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Fil-mument, għaddej minn taqbida fik innifsek, jekk sitwazzjoni mill-passat terġax tidħol għaliha, jew inkella tħalliha magħluqa kif kienet. Ovvjament, f’dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin, din is-sitwazzjoni se tagħtik diversi riflessjonijiet. Tajjeb ukoll parir li int se tieħu, għax kulħadd jista’ jimxi fuq parir, imma f’din is-sitwazzjoni huwa int biss li tista’ tagħraf jekk tagħmilx dan il-pass, għax int biss taf il-passat. Irrifletti sew u tajjeb.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 23 u 32.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru

Bħalissa, tinsab maqbud ġo morsa ta’ żewġ pressjonijiet, kemm mil-lat ta’ karriera, u kemm mil-lat ta’ mħabba. Li huwa ħażin hu li se ssir attenzjoni fuq ħaġa waħda biss, li dan mhux tajjeb għax fuq it-tnejn trid tiffoka u fuq it-tnejn li huma trid issib soluzzjoni. Billi tissaħħaħ f’waħda u titlef l-oħra, ma tkun irbaħt xejn. Taqtax qalbek, għax il-qamar li hemm fuqek se jkun ta’ għajnuna għalik. Kuraġġ.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 28 u 38.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru

Mument fejn int għandek bżonn ta’ ftit spazju għal żmien ta’ riflessjoni dwar dak li int beħsiebek tagħmel fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk huwa ferm importanti li tagħraf aktar il-vera bżonnijiet tiegħek, tagħmel analiżi bil-għaqal tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek, u minn hemm, int imbagħad tkun tista’ tagħmel deċiżjonijiet tajbin. Ovvjament, ġej żmien ta’ iktar ħidma madwarek, u trid tagħraf bħal dejjem tibbilanċja lilek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 29 u 35.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Xi kultant fil-ħajja tagħna, ngħaġġlu u dan xi kultant jaf ikun ta’ żball. Hekk pereżempju jista’ jiġri lilek mingħajr ma taf sewwa persuna li ħbieb jew kollegi tiegħek sejrin iressqu madwarek. Int tibqa’ tagħmel ġudizzju fuqha mingħajr ma qatt għamilt xi forma ta’ kuntatt magħha. Dan huwa mument li fih int trid iżżomm żewġ passi lura sabiex il-ġudizzju tiegħek ikun riflessjoni bil-għaqal, u hekk int żgur tħossok int.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 22 u 34.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. 

Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Riflessjoni iktar dwar il-ħajja tiegħek fl-imħabba, kemm jekk int għandek imħabba u kemm jekk int m’għandekx, u tkun taf għalfejn dan. Trid tagħmel ftit ta’ riflessjoni dwar x’inhu l-aħjar għalik. Wara li tagħraf kemm int persuna li toffri dak kollu li tista’, ikun ġust li tirċievi xi ftit lura minn kwalunkwe angolu. Għalhekk, sib spazju għalik ħalli int tkun tista’ tagħraf aktar kemm huwa mument addatt li tkun rispettat iktar.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 28 u 35.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Tensjoni u nervi bħalissa qegħdin iduru miegħek minħabba pressjoni li hemm fil-preżent. Jekk int ħa tibqa’ f’din is-sitwazzjoni ta’ negattività, ovvjament aktar negattiv se jersaq lejk. Verament mhix sitwazzjoni tant tajba. Parir jew forma ta’ gwida ikunu tajbin, imma jekk int trid taqdef għalik waħdek, kemm jista’ jkun f’dawn it-tliet ġimgħat, iktar minn qatt qabel, trid tkun persuna pożittiva, inkella tgħereq.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 27 u 30.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali