L-udjenzi ta' ONE l-aktar leali, TVM l-aktar segwit u 'Becky' l-aktar popolari fuq NET TV

Minkejja li TVM jibqa' l-aktar stazzjon segwit, it-telespettaturi tal-istazzjon Laburista l-iktar li jqattgħu ħin jaraw l-istazzjon favorit tagħhom

Mir-rapport illi ħareġ iktar kmieni din il-ġimgħa mill-Awtorita' tax-Xandir jirriżulta li l-udjenzi ta' ONE, l-istazzjon tal-Partit Laburista huma l-aktar leali u jqattgħu l-aktar ħin isegwu dan l-istazzjon. Minkejja illi l-istazzjon tal-Istat, it-TVM, jibqa' l-aktar stazzjon popolari, bl-aktar programmi popolari mill-istazzjonijiet kollha.l-udjenzi ta' ONE jqattgħu, mal-medja, siegħa aktar kuljum isegwu dan l-istazzjon. 

Ir-rapport juri kif l-udjenzi ta' TVM, isegwu dan l-istazzjon għal 1.71-il siegħa , filwaqt li l-ONE li għandu udjenzi iżgħar, jiġi segwit għal medja ta' 2.18 siegħat kuljum. L-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, li għandu l-iżgħar udjenza, jiġi segwit għal medja ta' 1.48-il siegħa kuljum. L-inqas leali huma l-udjenzi ta' Smash TV li jsegwu dan l-istazzjon għal medja ta' 1.26-il siegħa kuljum. 

Ir-rapport juri kif TVM kellu l-akbar medja ta' udjenzi matul il-ġimgħa b'35%, segwit minn ONE b'18.4% u Net TV b'10%. 

Fuq l-istazzjon tal-PN, Eileen Montesin, bis-serje tagħha Becky, li issa ilu għaddej għal snin sħaħ żżomm postha fil-quċċata bħala l-iktar stazzjon segwit fuq dan l-istazzjon. Apparti 'Becky', Montesin tippreżenta wkoll programm fuq ir-radju tal-PN, Radio 101, li huwa ferm popolari ma' ħafna Maltin u Għawdxin.  

Tabella li turi kemm idumu isegwu kull stazzjon l-udjenzi Maltin
Tabella li turi kemm idumu isegwu kull stazzjon l-udjenzi Maltin

More in Socjali