Żieda ta' iktar minn 40% fil-parteċipanti ta' SkolaSport

Numru dejjem jiżdied ta' persuni li jieħdu sehem fi programmi ta' SkolaSport

Attivitajiet ta' Skolasport
Attivitajiet ta' Skolasport

Fl-aħħar sentejn, jiġifieri bejn l-2014 u l-2015, il-programmi ta' SkolaSport raw żieda ta' iktar minn 40%, bl-ammonti ta' parteċipanti jiżdiedu minn 4037 fl-2014, għal 5676 fl-2015.

Dan kollu juri ż-żieda li kien hemm mill-2010 fejn kienu pparteċipaw 1,448 persuna fi SkolaSport. Matul dawn l-aħħar ħames snin, kważi f'kull sena kien hemm żieda kbira fin-numru ta' parteċipanti, minn sena għall-oħra.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.

More in Socjali