Negozjanti Maltin u Għawdxin issa jistgħu jbiegħu fuq l-Amazon

Il-bejjiegħa se jkunu qed jingħaqdu f'network ta' iktar minn 2 miljun bejjiegħ

Wara taħdidiet u negozjati li kien hemm bejn il-kumpanija u l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA), issa n-negozjanti Maltin u Għawdxin issa jistgħu jibdew ibiegħu l-prodotti tagħhom fuq websites tal-Amazon

Dan ħabbru l-s-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, José Herrera, li qal li issa, il-bejjiegħa jistgħu jgawdu minn diversi vantaġġi meta jbiegħu fuq Amazon. Fl-Amazon ikunu qed jingħaqdu f’network ta’ iktar minn 2 miljuni bejjiegħa attivi li jiġġeneraw biljuni ta’ Ewro f’bejgħfuq Amazon stess fis-sena; jiksbu aċċess għal sigurtà u għal sistemi ta’ protezzjoni mill-frodi, u aċċess għal għodda b’saħħitha ħafna biex isaħħu l-preżenza tagħhom onlajn. Barra minn hekk, l-Amazon għandu għodda li jsaħħaħ lill-bejjiegħa sabiex jilħqu xerrejja f’189 pajjiż differenti. 

Skont l-MCA, dan l-iżvilupp huwa kisba importanti fir-realizzar tal-għanijiet tan-National e-Commerce Strategy li kienet tnediet fl-2014. Wieħed mill-iktar pilastri importanti f’din l-istrateġija huwa li jiġu indirizzati l-isfidi li l-intrapriżi żgħar jiltaqgħu magħhom fid-dinja diġitali tal-lum. L-MCA diġà nediet serje ta’ inizjattivi mmirati għat-taħriġ u l-edukazzjoni dwar l-attività tal-eCommerce u din il-miżura ser tagħti l-opportunità lill-intrapriżi lokali sabiex jikkompetu fl-istess livell bħal intrapriżi oħrajn madwar id-dinja.

Herrera faħħar dan l-avveniment u ddeskrivieh bħala suċċess ieħor għall-Gvern u rringrazzja lil kulħadd involut mis-Segretarjat Parlamentari tiegħu, mill-MCA, mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u mill-uffiċċju tal-MPE Miriam Dalli, tax-xogħol li għamlu flimkien fl-aħħar xhur sabiex jgħelbu din il-problema li kienet qed tiżvantaġġa l-kompetittività tagħna.

More in Socjali