Żieda fil-passiġġieri tat-trasport pubbliku fl-ewwel tliet xhur tas-sena

 Iktar minn 230,000 jużaw Tallinja Card u b'hekk iħallsu noll irħas 

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm żieda kien hemm żieda ta' 15% fl-ammont ta' passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, għal total ta' disa' miljun passiġġier. Fi stqarrija il-Malta Public Transport (MPT) qalet illi ż-żidiet kienu mmarkati madwar il-pajjiż kollu u minn kull settur differenti ta' klijenti. "Dawn huma riżultati pożittivi. Minn mindu biddilna r-rottot f'Diċembru stajna niffukaw iktar fuq il-kwalita' tas-servizz" spjega l-GM tal-MPT Konrad Pule. Huwa fakkar illi kif kien mwiegħed bħalissa qed jiġi mkejjel is-suċċess ta' kull rotta permezz ta' teknoloġija apposta. Dawn iċ-ċifri jiġu wara ċifri oħrajn li juru kif iktar minn 230,000 persuna f'pajjiżna għandhom Tallinja card, li permezz tagħha passiġġier iħallas noll ta' 75ċ minflok €1.50

More in Socjali