Nara Strada Stretta u Katrina, mela l-aħbarijiet!

Id-drama Strada Stretta hija iktar segwita mill-aħbarijiet tat-TVM

L-aktar stazzjon tat-TV popolari jibqa' l-istazzjon nazzjonali TVM, b'39.1% tal-udjenzi, u warajh jiġu ONE u Net Tv, b'14.2% u 10.7% rispettivament. Dan ħareġ mill-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li fost l-oħrajn juri li l-iktar programm popolari fuq it-TV huwa d-drama Strada Stretta b'14.23%, warajh jiġi Iċ-Ċaqqufa b' 13.71% u imbagħadKatrina b'12.13%,. Dan filwaqt li l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali jiġu l-ħames, b'6.95%.

L-aktar ħin li jkun hemm udjenzi, dejjem ikunu bejn is-7:30pm u l-10:00.

Il-ġeneru tad-drama kien l-aktar ġeneru popolari fost dawk li wieġbu fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, warajh l-Aħbarijiet, u imbagħad il-ġeneru tad-diskussjoni.

Fejn jidħol ir-radju, l-iktar stazzjon popolari kien Bay Radio b'25.3% u warajh l-istazzjon ONE. Fost il-persuna ta' 'l fuq minn 50 sena, ONE radio huwa l-iktar popolari, waqt li fost dawk ta' inqas minn 50, Bay Radio huwa l-favorit. 

More in Socjali