Pjanijiet biex jinfetħu ħames skejjel ġodda madwar il-pajjiż

Ix-xogħol qed isir madwar il-pajjiż kollu, minn Ħal Kirkop għal Ħad Dingli sa San Pawl il-Baħar u Wied il-Għajn

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo (arkivji)
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo (arkivji)

Ħames skejjel tal-gvern jinsabu fil-pjanjiet tal-Gvern, li wħud minnhom jonqoshom biss l-aħħar irtokki biex ikunu jistgħu jakkomodaw lil diversi studenti. Tliet skejjel Primarji u tnejn Sekondarji jinsabu fil-proċess u fil-pjanijiet tal-Gvern, b’erbgħa minnhom ikunu f’Malta u waħda fil-gżira Għawdxija. 

L-iskola sekondarja ġdid f’Ħal Kirkop tinsab fl-aħħar fażijiet tagħha qabel tkun tista’ tibda tilqa’ l-ewwel studenti hekk kif ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tlesta kollu u bħalissa qed isiru l-aħħar irtokki, bil-‘finishings’ li waslu fi stadju avvanzat.

Blokka waħda minn tlieta tal-iskola sekondarja ġdida f’Ħad-Dingli hija mibnija u x-xogħlijiet mexjin tajjeb bix-xogħol ta’ kisi u elettriku għaddejjin ġmielhom. Minkejja dan, iż-żewġ blokok l-oħra li jikkumplimetaw din l-iskola għadhom f’fażi ta’ kostruzzjoni.

L-iskola primarja ġdida li mistennija tinbena f’Wied il-Għajn, għandha l-permess approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar, u għaldaqstant, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada tinsab għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex jinħareġ it-tender tal-kostruzzjoni ta’ din l-iskola.

Għall-iskola li mistennija tinbena fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, preċiżament f’San Pawl il-Baħar, saru diġà żewġ applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għal waħda mill-applikazzjonijiet, li hi dwar l-iskavar tas-sit, il-permess għadu ma nħariġx, iżda l-każ dwar tali applikazzjoni mistenni jinstema’ fl-20 ta’ April 2016. Dwar il-permess l-ieħor relatat ma’ din l-iskola primarja, sar Traffic Impact Assessment u l-informazzjoni mitluba dwar dan, qed tiddaħħal sabiex tali applikazzjoni tkun tista’ tiġi validata mill-Awtorità tal-Ippjanar, iktar ’il quddiem.

L-iskola primarja li hi pjanata għal Għawdex, sewaa sew fir-Rabat, tinsab fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti sabiex issir l-għażla tal-perit li għandu jkun responsabbli mill-kostruzzjoni ta’ din l-iskola.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo għal mistoqsija tad-deputat Laburista Godfrey Farrugia.

More in Socjali