Filmat | Raġel isawwat żiemel bi frosta fit-triq

Żiemel viżibbilment imweġġa' u jgħolli saqajh fl-arja

Shocking footage shot in San Gwann as man whips his horse on the the road

Posted by Trending in Malta on Monday, 4 April 2016

F'filmati li qegħdin iduru fuq is-siti soċjali, qed jidhru xeni xokkanti ta' raġel li qed isawwat liż-żiemel tiegħu bi frosta, fit-triq, waqt li ż-żiemel jinsab mimdud mal-art.

Il-każ seħħ f'San Ġwann, u l-filmat ta' dan diġà ixxerred sew fuq il-mezzi soċjali, li inizjarjament, tpoġġa mill-paġna, 'Trending in Malta'. Fil-filmat, jidher raġel iżomm iż-żiemel u fl-istess waqt isawtu bil-frosta. Iż-żiemel deher jirreaġixxi u jgħolli saqajh, sforz l-uġigħ.

Il-filmat juri wkoll xi nies li kienu għaddejjin mit-triq, li iżda ma intervjenewx.

Meta ntbagħtu n-nies fuq il-post, wara li ġie rrappurtat il-każ, l-uffiċjali ma sabu lil ħadd. Għaldaqstant, in-nies huma mħeġġa li jgħaddu kull informazzjoni li għandhom lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali fuq 1717.

More in Socjali