Hector li tant daħħak nies jiftaħ qalbu dwar id-dipressjoni li għaddej minnha

Fuq il-programm Xarabank tal-lejla jgħid li kien jibki ta' kuljum f'mumenti koroh ta' dipressjoni

Hector Bruno fil-parti tad-Dama Ziggie Lulu
Hector Bruno fil-parti tad-Dama Ziggie Lulu

Hector Bruno huwa bniedem magħruf għall-apparenzi teatrali tiegħu li kienu jifqgħu swali sħaħ bid-daħk. Iżda illum, tliet snin wara nuqqas komplet mix-xena, Bruno reġa deher fil-pubbliku, din id-darba fuq il-programm Xarabank li għaddej bħalissa, biex jitkellem u jiftaħ qalbu dwar iż-żmien diffiċli li għadda minnu, maħkum minn dik li ddeskriva bħala 'dipressjoni akuta'. 

Hector, li tant ġab tbissim lil dan il-pajjiż u lil poplu Malti, ilejla spjega kif kien "jibki kuljum" hekk kif ħass li maż-żmien numru ta' problemi bdew ġejjin waħda wara l-oħra, b'akkumulu ta' problemi maż-żmien. Bruno jfakkar kif problemi jkollu kulħadd, anke min irid imur idaħħaq u jkanta u jgħid ukoll kif kien hemm mumenti koroh fejn anke ħaseb li jwettaq suwiċidju "biex intemm kollox jien". Madanakollu qal ukoll li ħaseb biżżejjed dwarha, dwar il-familja u nies ta' madwaru

Huwa jfakkar kif "id-dipressjoni hija meta l-problemi fil-ħajja li jkollu kulħadd, tibda titlef il-kontroll tagħhom. Kulħadd ikollu d-dwejjaq, imma xi kultant ma tkunx kapaċi tissuperahom". 

 

More in Socjali