81,386 turist fi Frar, żieda ta' 9.7% fuq is-sena ta' qabel

L-akbar numru ta' turisti ġodda fi Frar fl-aħħar tliet snin

81,386 turist żaru pajjiżna matul Frar ta' din is-sena, li hija żieda ta' 9.7% fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel.

66,137 għamlu ż-żjara tagħhom għal skopijiet ta' pjaċir filwaqt li 9,291 ċaru Malta fuq xogħol. Ġiet irreġistrata żieda ta' 7.9% fuq it-turisti li ġew minn pajjiżi tal-UE, li jammonta għal 69,264 meta mqabbel ma' Frar tal-2015.

L-akbar ammont ta' turisti li ġew Malta kienu ta' bejn l-45 sena u l-64 sena, bil-grupp ta' warajhom ikunu t-turisti ta' bejn il-25 u l-44 sena.

L-ammont ta' ljieli mqattgħin hawn Malta żdiedu b'10.4% fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel, bit-total ta' ljieli li jqattgħu hawn Malta żdiedu għal 581,394 lejl.

L-infiq totali wkoll żdied bi ftit inqas minn 10%, bl-infiq ikun dak ta' €57.8 miljun fuq Frar 2015.

L-iljieli li tqattgħu Malta, wkoll żdiedu bi kważi 10% meta l-iljieli qabżu l-1.2 miljun lejl.

Huwa wkoll stmat li kull turist nefaq madwar €742, li huwa tnaqqis ta' madwar 3%.

Frar ta' din is-sena wkoll ra l-akbar numru ta' turisti ġodda,  f'dawn l-aħħar tliet snin, b'53,959 minnhom iżuru Malta għall-ewwel darba. 

More in Socjali