Illum tingħata l-aħħar tislima lil Ġużeppi Mercieca

Espost għall-aħħar darba dalgħodu fil-Kon-Katidral, il-Belt

Illum tingħata l-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca li miet iktar kmieni din il-ġimgħa u kien espost għall-pubbliku sabiex tkun tista' ssir l-aħħar tislima. Dalgħodu sa nofsinhar, se jkun espost għall-pubbliku għall-aħħar darba.

Iktar tard waranofsinhar, fl-erbgħa ssir il-quddiesa præsente cadavere fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija mill-Arċisqof, fil-preżenza tal-Prim Ministru, l-President u awtoritajiet oħra.

Ftit wara l-ħamsa, isir il-korteo funebri jitlaq mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann bil-mixi u jintemm fid-daħla tal-Belt, u l-funeral ikompli f’forma privata lejn l-Imdina fejn issir id-difna fil-Katidral.

More in Socjali