IESUS: Dramm tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żurrieq

IESUS
IESUS


Matul tmiem l-ġimgħa li ġej, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ser ittella' dramm oriġinali tal-Ġimgħa l-Kbira bl-isem IESUS b'kitba ta' Jean Luke Camilleri, membru tal-istess Sezzjoni u b'arranġament u direzzjoni ta' Chev. Lorrie Collins.

Dan id-dramm se jittella' ġewwa s-Sala tal-Iskola Primarja taż-Żurrieq nhar is-Sibt 19 ta' Marzu fis-7:00pm u l-għada l-Hadd 20 ta' Marzu fis-2:00pm u fis-7:00pm.

Biex tirriserva post jew għal aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja lill-Bar tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. jew jidhol fuq il-pagna ta' Facebook 'Sezzjoni Żgħażagh Palmisti Żurrieq jew iċemplu fuq 79080843.

Tajjeb li wieħed jgħid li l-attivitajiet li se jittellgħu mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. f'dawn il-jiem se jinfetħu permezz ta' Kunċert ta' Muzika Sagra mill-Banda Santa Katarina V.M. li se jsir nhar il-Ħamis 17 ta' Marzu fis-7.30pm fil-Knisja ta' Santa Marija f'Bubaqra, Żurrieq. 

More in Socjali