Diżastru kienet u hekk se tibqa’, mid-dehra

Dak li fadal mil-lukanda Jerma f’Marsaskala
Dak li fadal mil-lukanda Jerma f’Marsaskala

It-tama ta’ ħafna Skalin li l-Lukanda Ġerma, li ngħalqet taħt Gvern Nazzjonalista terġa’ tiftaħ u tagħti naqra ta’ nifs lil Marsaskala, ma tantx jidher li se sseħħ. 

Dan joħroġ minn tweġiba li ta l-Ministru Edward Zammit Lewis li minn tweġiba Parlamentari dwar il-futur ta’ dan is-sit, irrefera għal tweġiba li kien ta eks Ministru Nazzjonalista. Zammit Lewis fakkar li l-art, għalkemm hija proprjetá tal-Gvern, hija mogħtija b’ċens perpetwu lil terzi u għalhekk il-Gvern ma jidħolx fil-mertu ta’ xi żvilupp isir fuq din l-art.

More in Socjali