Malta bit-tieni l-inqas distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE

Id-distakk fil-paga medja bejn iż-żewġ sessi għadu ta' 4.5%

Id-distakk fil-paga bejn is-sessi għadu preżenti
Id-distakk fil-paga bejn is-sessi għadu preżenti

Pajjiżna qed jirreġistra tnaqqis fid-distakk fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa. Stqarrija tal-Eurostat turi li f’pajjiżna hemm distakk ta’ 4.5% bejn il-paga medja taż-żewġ sessi. Dan huwa t-tieni l-anqas distakk li jeżisti madwar l-Unjoni Ewropea kollha, wara l-Islovenja. B’kuntrast, fl-Estonja jeżisti distakk ta’ 28.3%.

Id-database tal-Eurostat tikkonferma li d-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel naqas minn 6.5% għal 4.5%. 

It-tnaqqis fid-distakk tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa huwa dovut għal diversi miżuri. Fost l-oħrajn is-servizz taċ-childcare b’xejn li wassal biex ħafna nisa setgħu jżommu jew jidħlu f’impjieg full-time, minflok jibqgħu barra mid-dinja tax-xogħol jew jaħdmu b’sigħat imnaqqsa. Kien hemm ukoll miżuri kontra l-prekarjat, li huwa fenomenu li fost l-aktar li jolqot huma n-nisa.

Din l-istatistika ssegwi r-riżultat pożittiv li r-rata tal-impjiegi fost in-nisa telgħet minn 44% għal 53% li jfisser żieda ta’ 12,000 mara fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk, fl-ewwel nofs ta’ din il-leġislatura beda jonqos sewwa wkoll id-distakk fir-rata ta’ impjiegi bejn l-irġiel u n-nisa.

More in Socjali