Xi drittijiet se jkollok bil-liġi tal-koabitazzjoni?

Min jikkoabita se jkollu kważi l-istess drittijiet tal-miżżewġin....

Il-Gvern qed jipproponi li jissaħħu jdejn persuni, bħall-Maria, li jkunu f’relazzjoni fejn il-parti l-oħra ma tkunx trid tidħol f’kuntratt ta’ koabitazzjoni. Fil-fatt, l-abbozz qed jipproponi li din ikollha l-faċilitá li tibgħat ittra uffiċjali lill-Qorti u li fiha titlob li tingħata d-drittijiet u jkollha d-dmirijiet kollha li qed jissemmew f’din il-liġi.

Il-liġi tesiġi li biex koppja tidħol f’dan it-tip ta’ arranġament, trid tkun ilha tikkoabita għal minn tal-anqas sentejn u l-ebda parti ma jista’ jkollha anqas minn 16-il sena. Dan apparti lista sħiħa ta’ drittijiet li meħudin flimkien se jkunu qed jagħtu lill-koppja li tagħżel li tikkoabita drittijiet kważi ugwali għal dawk li jidħlu fi żwieġ jew f’Unjoni Ċivili. Din il-liġi se tkun qed tgħodd biss għal dawk li huma koppja, kemm jekk eterosesswali, kif ukoll jekk omosesswali. Mhux se tkun qed tapplika iżda għal ħbieb jew żewġ persuni li huma aħwa. 

 

Tifla żgħira u tifel kbir –Ma tistax tidħol f’kuntratt ta’ koabitazzjoni jekk għandek inqas minn 16-il sena

2 years – Tista tidħol f’dan il-kuntratt jekk tkun ilek tikkoabita iktar minn sentejn

House –Dritt li tgħix fid-dar li kont taqsam mas-sieħeb f’każ ta’ mewt

Qorti – Dritt li tkun eżenti milli tagħti xhieda l-Qorti kontra l-koabitant l-ieħor

Pensjoni – Dritt li titħallas il-pensjoni tal-invalidita’ jekk il-koabitant ikun qed imantni lis-sieħeb. Dritt tal-pensjoni tar-romol u tal-eta’

Flus -  Dritt ta’ benefiċċji soċjali bħala ‘foster carer’. Dritt għal-leave tal-maternita’ u tal-għajnuna għall-mard. Dritt ta’ allowance għat-tfal.

Mediċina/Sptar- Dritt li tiddeċiedi dwar il-kura medika tas-sieħeb/sieħba tiegħek

Wedding – L-istess drittijiet relatati ma’ xogħol u familja bħal dawk fiż-żwieġ u f’Unjoni Ċivili

Qabar – Kuntratt ta’ koabitazzjoni jintemm f’każ ta’ mewt, f’każ ta’ ftehim bonarju u permezz ta’ rikors il-Qorti.

Tfal – Id-Dritt li t-tfal ta’ waħda mill-partijiet jgħixu fl-istess dar irid ikun indikat fil-kuntratt .

Familja – Il-koabitant għandu jkun meqjus bħala “membru tal-familja” f’każ ta’ tiġdid ta’ kiri ta’ raba’

The End – F’każ illi relazzjoni tintemm trid tindika kif se jinqasmu l-assi u d-djun u min se jieħu kustodja tat-tfal.

 

 

 

 

 

More in Socjali