€80,000 lil tal-monti biex iżarmaw

L-offerta kienet €23,000, imbagħad telgħet għal €40,000, u issa ġiet irduppjata

Il-bejjiegħa tal-monti tal-Belt se jkunu offruti €80,000 mill-Gvern sabiex jirrinunzjaw il-liċenzja ta' hawkers li għandhom, u jżarmaw. Dan ġie rrapurtat fil-gazzetta The Times li qalet li dan qed isir biex l-ammont ta' bejjiegħa jkun jista' jonqos biex dawn ikunu jistgħu joqogħdu u jarmaw fi Triq l-Ordinanza.

Inizjarjament, l-offerta tal-Gvern lil dawn il-bejjiegħa kienet ta' €23,000, li imbagħad telgħet għal €40,000, u issa għaldaqstant, ġiet irduppjata. Kelliema tal-Ministeru tal-ekonomija qalu lill-gazzetta The Times, li min-naħa tiegħu, il-Ministeru kien qed jipprova jara kemm-il bejjiegħ ikun interessat f'din l-offerta.

More in Socjali