Żewġ kandidati għall-proġett ta' White Rocks

Kien hemm 139 talba għal iktar tagħrif

Dehra mill-ajru tal-kumpless
Dehra mill-ajru tal-kumpless

Il-proġett ta' rijabilitazzjoni u żvilupp fil-kumpless tal-White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq, li ilu għal snin twal fuq l-ixkaffa, issa jinsab fil-fażi tal-evalwazzjoni bejn l-aħħar żewġ kandidati għall-proġett.

Il-gazzetta l-orizzont tirraporta li dawn il-kumpaniji li tefgħu s-sottomissjonijiet tagħhom huma 'The White Rocks Development Company' u 'International Trade Holdings Company K.S.C.' u l-proġett wasal fi stadju ta' evalwazzjoni tal-proposti mill-Privatisation Unit.

Inizjarjament, il-Gvern kien irċieva 139 talba għal iktar informazzjoni fuq x'kien mitlub mill-iżviluppatur li finalment jintagħżel. Wara din il-fażi, kienu 17-il kumpanija li ssottomettew il-proposti wara li wrew interess fl-istess proġett.

Dawn is-sottomissjonijiet niżlu għal tnejn u issa, l-evalwazzjoni ssir mill-Privatisation Unit sabiex tintagħżel l-aħjar proposta.

Għal dan il-proġett, li jrid isir fuq iż-żona ta' 449,885 metru kwadru, il-Gvern talab li l-iżvilupp ikun jinkludi fih lukanda ta' mhux inqas minn 5 stilel u villaġġ miegħu, li kollox għandu jkun sostenibbli biex ma ssirx ħsara lill-post.

More in Socjali