Joanna Drake maħtura deputat direttur ġenerali għall-Ambjent

L-eks kap tar-rappreżentanza tal-KE inħatret f'kariga ta' senior management

Joanna Drake, l-eks Kap tar-Rappreżentaza f'Malta tal-Kummissjoni Ewropea inħatret bħala deputat direttur ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjet fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.

Drake mistennija tassumi din il-kariga fis-16 ta' Marzu li ġej. Hi bdiet taħdem mal-Kummissjoni Ewropea f'Ottubru tal-2005 u ilha tmexxi task forse dwar l-ekonomija kollaborattiva, SMEs u lmudelli tan-negozju sa minn Ġunju 2015.

More in Socjali