Il-Maltin mhux lesti jħallsu iktar għal prodotti minn pajjiżi foqra

6% biss tal-Maltin lesti li jħallsu sa 10% iktar għal prodotti minn pajjiżi foqra

Minkejja li l-Maltin huma magħrufa għal kemm huma poplu karitattiv u ġeneruż li lest jgħin lil min hu fil-bżonn, jidher li dan mhux il-każ fejn tidħol żieda fil-prezzijiet ta' diversi oġġetti. Fil-fatt, iktar minn nofs, 53% tal-Maltin qalu li ma kinux lesti li jħallsu prezz ogħla għal prodotti li ġejjin minn pajjiżi foqra. Kienu biss 6% li qalu li lest jħallsu sa 10% iktar fil-prezz, u 38% lesti jħallsu sa 5%. L-aktar pajjiż li kien lest li jħallas kien il-Lussemburgu waqt li l-inqas kien il-Bulgarija.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fil-pajjiżi tal-UE. Minkejja li dan il-persentaġġ ta' Maltin li mhux lesti jħallsu iktar biex jgħinu pajjiżi foqra huwa 6 punti iktar għoli mill-medja, 82% jemmnu li l-karitá hija mod effettix ta' kif tikkumbatti l-faqar.

Fil-fatt, flimkien mal-Iżvezja, Malta hi l-iktar pajjiż, b'84% li temmen li l-ġlieda kontra l-faqar għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-UE.

More in Socjali