Riħ qawwi sa forza 8/9 mix-Xlokk fuq il-gżejjer Maltin sa nofsinhar

Informazzjoni skont Gozo Weather Page

Ir-riħ mix-Xlokk mistenni jibqa jżid gradwalment fejn minn forza 6/7 jista jonfoħ b'forza 8 f'xi perjodi. Ir-riħ ibatti wara nofsinhar u jinżel sa forza 5. Din il-ġimgħa se tkun karaterizzata mill-irjiħat mill-Majjistral u Lbiċ. Il-baħar mistenni jkun qawwi, għal qawwi ħafna b'mewġ li jitla sa 5 metri.

Prekawzjonijiet li wieħed għandu jieħu meta l-qawwa tar-riħ tkun bejn 8/9 hi li ma jħallix oġġetti mhux marbuta fejn jaħkem ir-riħ, jagħlaq it-twieqi u l-bibien sew u ma jipparkjax il-karrozza tiegħu viċin ħitan li jkunu jidhru li mhux sodi u lanqas ħdejn siġar.

 

More in Socjali