Gwidi awdjo ġodda fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija

Magħmula f'sitt lingwi

L-istatwa tal-Mara rieqda
L-istatwa tal-Mara rieqda

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija nieda gwidi awdjo ġodda f’sitt lingwi differenti – Malta, Ingliż, Taljan. Franċiż, Spanjol u Ġermaniż. Heritage Malta qalet li dan kien parti mill-isforzi li qed isiru biex jagħmlu il-wirt nazzjonali tagħna aktar aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-Mużew Nazzjonali għandu ġabra kbira ta’ esibiti minn perjodijiet differenti tal-istorja ta’ Malta – min-Neolitiku (5200 BCE) sal-perjodu ta-Feniċi (400 BCE).

Waħda mill-esibiti f’dan il-Mużew hija l-famuża statwa tal-mara rieqda li kienet instabet fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni.

More in Socjali