"L-Omosesswali mhux pedofeli"

L-LGBTI+ Għawdex iwieġbu lill-Knisja

L-LGBTI+ ta’ Għawdex ħarġet stqarrija iebsa fuq dak li għadha kif ħarġet il-knisja Maltija mmexxija mill-Arċisqof Scicluna li qalet li hi kontra kriminalizzazzjoni tat-terapiji ta' konverżjoni għal nies LGBT+ . L-istqarrija tgħid hekk:

Qed nitolbu lil knisja biex jieħdu in konsiderazzjoni diversi aspetti qabel tippublika kummenti bħalma ppubblikat

1. Ma naħsbux li hemm xi ħadd li hu etrosesswali li jkun jixtieq isir omosesswali u anke jekk hu l-każ, ma jistax qatt isir għax l-orjentazzjoni sesswali hi xi ħaġa minn ġewwa u mhux xi tip ta’ kundizzjoni. Barra hekk kontra dak li tagħmel il-knsija, il-kommunita tal-LGBTI m’għandha l-ebda tip ta’ konverżjoni fuq l-aġenda tagħha.

2. Il-pedofeli li jaġixxu ma’ tfal tal-istess sess mhux l-istess bħal omosesswalita. Studji juru li l-pedofeli jmorru ma’ tfal tal-istess sess u maż-żewġ sessi minħabba l-tattirahom l-eta tenera. L-omosesswali mhux pedofeli.

3. Jekk persuna bisesswali hu involut f’relazzjoni ma jfissirx li dan imur jorqod ma’ nisa daqs kemm joroqd ma’ rġiel. Hu totalment ridfikolu li fl-2016 għadna naħsbu li l-bi sesswali huma daqshekk laxki sesswalment għax huma attratti miż-żewġ sessi.

4. Li persuna omosesswali jrid jgħix ħajja kasta u bla sess ma tfissirx li se jieqaf ikun omosesswali jew li jieqfu t-tendenzi omosesswali tiegħu, bħal fil-kas ta’ persuna li jiddeċiedi li jsir saċerdot ma jfissirx li ma jkolux tqanqil sesswali.

 

More in Socjali