23 tifel u tifla jittieħdu mill-ġenituri f'sena

Tnejn minnhom ta' inqas minn 6 xhur

Uħud intbagħtu għall-fostering, u oħrajn f'kura residenzjali
Uħud intbagħtu għall-fostering, u oħrajn f'kura residenzjali

F'perjodu ta' sena, mill-bidu tal-2015 sa Jannar tal-2016, kienu 23 tifel u tifla li ttieħdu mill-ġenituri tagħhom permezz ta' care order. Tnejn minn dawn it-tfal kienu ta' età ferm ċkejna, b'wiħed ikun ta' 3 xhur u l-ieħor ta' 6 xhur. Fil-fatt, l-etajiet tat-tfal kienu jvarjaw minn 3 xhur u 14-il sena

Minn dawn it-tfal li ttieħdu lill-ġenituri fl-aħħar sena ħamsa minnhom intbagħtu għall-fostering waqt li t-18 l-oħra kienu mqassma f'kura residenzjali.

Fil-każijiet fejn it-tfal li ttieħdu kienu aħwa, tlieta minn dawn il-gruppi tħallew flimkien meta ttieħdu b'care order filwaqt li żewġ gruppi oħra ġew separati bi grupp ta' aħwa minnhom li kien ta' 7 tfal, inqasmu f'żewġ gruppi.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia.

More in Socjali