Konsultazzjoni pubblika dwar il-liġi tal-koabitazzjoni

'M'hemmx biżżejjed protezzjoni għal nies li qegħdin jikkoabitaw' - Muscat

Wara li kien hemm diskussjoni fuq livell ta’ kabinett, fiż-żmien li ġej ser tkun qed tinħareġ għal konsultazzjoni liġi għal koppji li jikkoabitaw. Dan ħabbru l-Prim Ministru Joseph Muscat fl-indirizz tiegħu fil-laqgħa ġenerali annwali ta' Nisa Laburisti. Huwa sostna wkoll li tali liġi se tkun qed tipproteġi kategorija tal-poplu Malti u Għawdxi, l-aktar in-nisa u t-tfal.

Il-Mexxej Laburista elenka kif m’hemmx bizzejjed protezzjoni għal nies li qegħdin f’relazzjoni ta’ stat ta’ fatt li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jiżżewwġu jew hija deċiżjoni tagħhom li ma jagħmlux dan. Muscat appella sabiex meta jkun hemm il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-poplu jersaq 'il quddiem bil-proposti tiegħu sabiex din il-liġi li ser tolqot lil ħafna, toffri l-aħjar protezzjoni possibli.

More in Socjali