Inqabdet tqila biex tevita l-piena tal-mewt

Gwardjani tal-ħabs sospiżi wara li priġuniera nqabdet tqila

Erba' gwardjani tal-ħabs ġew sospiżi minn xogħolhom f'ħabs fil-Vjetnam fuq allegata negliġenza wara li priġuniera li kienet qed tistenna l-piena tal-mewt, inqabdet tqila.

L-investigaturi qalu li Nguyen Thi Hue ta' 42 sena inqabdet tqila bis-saħħa ta' priġunier ieħor, bil-għand li tiffranka l-piena tal-mewt.

Bis-saħħa ta' dan, is-sentenza tal-priġuniera mistennija titnaqqas minn piena tal-mewt għal għomor il-ħabs minħabba li l-priġuniera għandha wild ta' inqas minn tliet snin.

Uffiċjali qalu li Hue xtrat l-isperma mingħand priġunier ieħor ta' 27 sena għall-ammont ta' $2,300 u dan il-priġunier kien għaddilha l-isperma u siringi darbtejn f'Awwissu li għadda. Hue hi mistennijja li twelled f'April.

Din il-priġuniera ġiet arrestata fl-2012 fuq każi ta' traffikar ta' droga u ġiet mogħtija l-piena tal-mewt fl-2014, waqt li l-appell ġie miċħud fl-istess sena.

More in Socjali