Taħslux it-twieqi: Xeba xita tal-ħamrija għal nhar il-Ħamis

Ammont ta' trab mil-LIbja mistenni jasal fuq Malta l-Ħamis

Skont is-servizz i tat-tbassir tat-temp firstmalta.com nhar il-Ħamis qed iħabbar li se jkollna xeba xita tal-ħamrija. Iċ-ċiklun “Charlene” se jkun qed jifforma fuq Tripli l-Erbgħa wara nofsinhar filwaqt li jieħu direzzjoni lejn l-Italja, mistenni jġib miegħu ammont ta’ trab fin minn fuq id-deżert lejn Malta, bix-xita tal-ħamrija.

Għalkemm in-natura ta-ċikluni tal-Mediterran hija waħda imprevedibbli u għad hemm probabbilta’ żgħira li ċ-Ċiklun “Charlene” jersaq iktar lejn il-Gżejjer maltin mhux mistenni li jolqotna dirett. Anke r-riħ għalkemm mistenni li jkun qawwi mhux se jkun aktar minn forza 7 mill-majjistral.

 

 

 

 

More in Socjali