X'jonqos issa, li jitgħatta l-Vatikan?

L-ironija u l-parodiji jkomplu jfaqqsu fuq il-mezzi soċjali wara li l-Gvern Taljan iddeċieda li jgħatti l-istatwi nudi għaż-żjara tal-President Iranjan  

F'kumment ironiku, Giorgia Meloni qalet li dan hu l-pjan li jmiss min-naħa tal-gvern ta' Renzi
F'kumment ironiku, Giorgia Meloni qalet li dan hu l-pjan li jmiss min-naħa tal-gvern ta' Renzi

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Italja, pajjiż magħruf għall-ospitalità tiegħu, ddeċieda li jgħatti l-istatwi nudi li hemm f’diversi mużewijiet f’Ruma. Dan hekk kif l-awtoritajiet ħassew li kien xieraq li b’rispett taż-żjara tal-President Iranjan Hassan Rohani – liema president iltaqgħa mal-President Taljan Matteo Renzi nhar it-Tnejn li għadda.

Ma jistax jonqos li aħbar kontroversjali bħal din ma tispiċċax ukoll fuq il-mezzi soċjali, hekk kif bosta Taljani ħassewhom mneżżgħin aktar mill-istess statwi, mill-kultura li ssawwar lill-Bell’Paese.

It-Taljani urtati daru għall-mezzi soċjali biex jipprotestaw kontra din id-deċiżjoni. Fost l-oħrajn, Giorgia Meloni, eks ministru tal-gvern ta’ Berlusconi, permezz ta’ dan ir-ritratt ikkritikat din id-deċiżjoni. F’kumment ironiku fuq Facebook hi qalet li issa l-pjan tal-Gvern ta’ Renzi huwa li jgħatti l-Vatikan biex ma jurtax is-sensibilità tal-Emir Musulman tal-Qatar, Al-Thani li kellu jasal Ruma din il-ġimgħa wkoll. 

 

Dopo le statue classiche di nudo dei Musei Capitolini coperte per non dare fastidio al presidente della Repubblica...

Posted by Giorgia Meloni on Wednesday, 27 January 2016

More in Socjali