L-Iżvezja jaf tkeċċi sa 80,000 immigrant

Il-Ministru tal-Affarijiet Interni jgħid li dawk li ma jikkwalifikawx għall-ażil jistgħu jitkeċċew 

Refuġjati rieqdin barra l-Aġenzija tal-Immigrazzjoni Żvediża f'Malmo
Refuġjati rieqdin barra l-Aġenzija tal-Immigrazzjoni Żvediża f'Malmo

Hemm ċans li sa 80,000 immigrant li ma jikkwalifikawx għall-ażil jistgħu jiġu mkeċċija mill-Iżvezja. Dan skont il-Ministru tal-Affarijiet Interni Żvediż Anders Ygmen. Sostna wkoll li dan il-proċess mistenni jieħu diversi snin.

L-Iżvezja huwa l-aktar pajjiż li fih l-immigranti japplikaw għall-ażil per capita madwar l-Ewropa kollha - fejn fis-sena 2015 biss applikaw madwar 163,000 immigrant. Din hija figura li naqset sew wara li l-Iżvezja imponiet aktar kontrolli madwar il-fruntieri din is-sena. 

L-Iżvezja, flimkien mal-Ġermanja huma l-aktar destinazzjonijiet li fihom jidħlu immigranti - kemm refuġjati kif ukoll immigranti oħra li jidħlu fl-Unjoni Ewropea b'mod illegali.  

More in Socjali