Il-Fjamma tal-Paċi fil-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiġi ppreżentat bil-fjamma tal-Paċi

Aktar kmieni llejla, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ ġewwa l-Parlament lill-Baden Powell Scouts, li ppreżentaw il-fjamma tal-paċi lill-Ispeaker.

F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker tenna kif, f’anqas minn ġimagħtejn,  il-Parlament ospita żewġt attivitajiet li jissimbolizzaw il-paċi. Dan huwa messaġġ ċar kemm il-Parlament jinsab miftuħ għal kulħadd, partikolarment fejn u meta jkun jista’ jippromwovi l-paċi.

“Nemmen bi sħiħ li din il-fjamma tissimbolizza l-paċi, l-imħabba u tjieba, u għandna naraw li ngħożżuha mhux simbolikament bħalma qed nagħmlu permezz ta’ din iċ-ċerimonja, iżda għandna nassiguraw li din il-fjamma tkun mixgħula u ħajja fi qlubna jekk verament nemmnu li għandna nwettqu dak li nemmnu fih”, tenna l-Ispeaker.

Mistiedna għal din l-attività kienu l-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia u l-Assistent Whip tal-Oppożizzjoni, Frederick Azzopardi.

 

More in Socjali