[Vox Pop] Min qed jemmnu lil Angelik?

Il-Knisja għamlet sew li qabel li l-allegati dehriet ta' Angelik ma kinux ġejjin minn Alla?

Ritratti u Filmati: Ray Attard
Ritratti u Filmati: Ray Attard

L-allegati dehriet ta’ Borg in-Nadur, ġew dikjarati li mhux ġejjin minn Alla, u dan waqt li ġew żvelati stejjer ta’ nies li kienu morda bil-kanċer u li suppost tfejqu minn Angelik, imma mietu biss xahrejn wara. Din il-gazzetta żvelat ukoll li xi xhieda fil-każ ta’ Angelik allegatament intalbu l-eluf ta’ euros wara li żaru Borg in-Nadur, u dan mingħajr lanqas biss rendikont ta’ x’sar minnhom l-istess flus.

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Knisja li toħroġ digriet li jgħid li l-allegati dehriet ta’ Angelik, ma kinux ġejjin minn Alla, l-ILLUM marret fit-toroq tal-Belt Valletta biex tistaqsi lin-nies jekk jaqblux mad-deċiżjoni tal-Knisja li tagħmel dan. Waqt li wħud taw il-benefiċċju tad-dubju għaliex sostnew li hu biss kien jaf x’qed jara, il-maġġoranza assoluta m’emmnux fid-dehriet tal-istess Angelik, b’uħud jgħidu li l-Knisja damet taħsibha wisq biex toħroġ tali deċiżjoni.

More in Socjali